Organizzazzjoni 

Il-MPE jistgħu jaqdu rwoli differenti u jissieħbu fi gruppi formali u informali li jħallu effett fuq il-ħidma tal-Parlament. Hawn nagħtu stampa ġenerali.

Ir-Regoli ta' Proċedura

L-Artikolu 232 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jiddikjara li l-Parlament Ewropew għandu jadotta Regoli ta' Proċedura. Dawn huma ir-regoli interni tal-Parlament li jirregolaw l-organizzazzjoni u l-operat tiegħu.