Opportunitajiet ta' xogħol: kif tapplika 

Il-Parlament jimpjega membri tal-persunal b'kundizzjonijiet kuntrattwali differenti, skont kif jintgħażlu u x-xogħol li jagħmlu: uffiċjali, aġenti temporanji, aġenti kuntrattwali, u assistenti parlamentari akkreditati. Kompli aqra biex issir taf aktar!

  • Tista' ssib u tapplika għall-opportunitajiet ta' xogħol attwali speċifiċi tal-Parlament Ewropew permezz tal-pjattaforma tagħna APPLY4EP.

    Tista' wkoll tinfurmana li inti interessat li taħdem mal-Parlament Ewropew billi titfa' applikazzjoni spontanja fuq il-pjattaforma APPLY4EP.

    Naċċertawk li d-data personali tiegħek tiġi pproċessata skont ir-Regolament (UE) 2018/1725.

    Il-Parlament jorganizza wkoll żewġ perjodi ta' traineeship fis-sena.