Xogħol mal-UE – Għaliex il-Parlament Ewropew? 

Aħna organizzazzjoni multinazzjonali , multilingwi u multikulturali, u għandna ħaddiema minn madwar l-Ewropa kollha. Jekk tingħaqad mal-Parlament Ewropew, tista' tħares 'il quddiem lejn opportunitajiet ta' xogħol interessanti u varjati f'organizzazzjoni u ambjent tax-xogħol uniċi fil-qalba tal-UE.

  • B'appoġġ għall-attività prinċipali tiegħu, jiġifieri dik li l-Membri tal-Parlament Ewropew (MEPs) u ċ-ċittadini jingħataw l-aqwa servizzi possibbli, il-Parlament qed jiffoka dejjem aktar fuq xogħol ta' proġetti u innovazzjoni. Bħala organizzazzjoni dinamika, qed inkomplu nfittxu modi ġodda u aħjar ta' kif naħdmu.

    Fix-xogħol ta' kuljum, il-biċċa l-kbira tat-timijiet jaħdmu b'lingwa ewlenija waħda jew tnejn, iżda l-Parlament jippromwovi l-multilingwiżmu fil-ħidma politika tiegħu, u l-impjegati jingħataw opportunitajiet biex jitgħallmu lingwi oħra tal-UE.

    L-impjegati tal-Parlament jaħdmu f'bini modern mogħni b'infrastruttura adattata għal metodi ta' xogħol differenti u b'faċilitajiet interni eċċellenti, bħal ċentri sportivi.

atyourservice_home_large    
 

Kif tapplika

Il-Parlament jimpjega madwar 8 000 uffiċjal u membri oħra tal-persunal madwar l-Ewropa kollha. Aqra x'għandek tagħmel biex issir uffiċjal tal-UE jew tiġi rreklutat f'kapaċità oħra.