Ritorn tal-attivitajiet waqt il-pandemija 

Ritorn tal-attivitajiet waqt il-pandemija

Brussell
Strasburgu

L-attivitajiet għall-viżitaturi fil-Parlament Ewropew qed jerġgħu jibdew bil-mod il-mod dment li jkunu jistgħu jittieħdu miżuri li jiżguraw is-sikurezza tal-viżitaturi u l-osservanza tar-restrizzjonijiet marbuta mal-coronavirus.

Ritorn tal-attivitajiet waqt il-pandemija

Brussell
Strasburgu

Il-Parlament Ewropew qiegħed jerġa' jiftaħ l-attivitajiet għall-viżitaturi bil-mod il-mod, dment li jkunu jistgħu jiġu implimentati miżuri ta' tbegħid u iġjene biex tiġi żgurata żjara pjaċevoli u bla periklu. 

L-attivitajiet jerġgħu jibdew fil-15 ta' Ġunju, b'osservanza stretta tal-linji gwida uffiċjali dwar il-coronavirus u fil-postijiet fejn hemm inqas riskju li jittieħed il-virus. Jekk jogħġbok iċċekkja din il-paġna regolarment għal aġġornamenti dwar xi jkun hemm miftuħ.

Il-biċċa l-kbira tal-viżitaturi jkunu jridu jibbukkjaw żjara minn qabel. Il-viżitaturi kollha jridu jilbsu maskra u jsegwu perkors fiss. Il-faċilitajiet miftuħin isegwu l-ħinijiet tal-ftuħ normali.

 

Il-faċilitajiet li ġejjin huma miftuħin. Jekk jogħġbok segwi l-links għad-dettalji kollha dwar kif tista' żżurhom u x'miżuri hemm fis-seħħ:

 

Strasburgu

 

Brussell

 

Postijiet oħra

 

Il-Parlament Ewropew qed isegwi s-sitwazzjoni kontinwament u jadatta l-miżuri tiegħu skont il-bżonn. 

Il-Parlament Ewropew jittama li tista' żżurna fil-futur, u jiskuża ruħu għal kwalunkwe inkonvenjent.

Grazzi tal-komprensjoni.

Aġġornata l-aħħar: 02/09/20

Informazzjoni prattika