Jum il-Multilingwiżmu 2020 online 

Spotlight
26-09-2020

Jum il-Multilingwiżmu 2020 online

Brussell
Il-Lussemburgu

Ittawwal wara l-purtiera u ara kif il-Parlament Ewropew jaħdem b'24 lingwa.

16
99
-il sena
6

Jum il-Multilingwiżmu 2020 online

Brussell
Il-Lussemburgu
16
99
-il sena
6

Il-multilingwiżmu jiżgura li ċ-ċittadini kollha tal-UE jistgħu jsegwu l-ħidma tar-rappreżentanti demokratiċi tagħhom fi kwalunkwe waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Id-diversità lingwistika u kulturali hija fost il-karatteristiċi b'saħħithom tal-UE u hija minsuġa fit-trattati Ewropej bħala valur fundamentali. Jum il-Multilingwiżmu huwa ċ-ċans tiegħek biex tara din id-diversità fl-azzjoni.

Segwi u pparteċipa online f'workshops virtwali biex tiltaqa' mal-interpreti u mat-tradutturi, ara jekk jistax ikun hemm karriera fil-lingwi għalik u tgħallem dwar kif il-lingwi sawru l-Unjoni Ewropea.

Segwi Jum il-Multilingwiżmu 2020 Online

Segwi x-xandira diretta mill-Emiċiklu, il-qalba tal-Parlament Ewropew u l-post li fih se jkun qed isir Jum il-Multilingwiżmu. Se jkun hemm sessjonijiet differenti li se jħarsu lejn ix-xogħol u l-ħajja tal-interpreti u tat-tradutturi. Matul is-sessjonijiet kollha, se tkun disponibbli l-interpretazzjoni għall-Ingliż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, it-Taljan, il-Pollakk u l-Ispanjol.

  Skeda
10:00 – 10:30 Fejn l-Ewropa tiltaqa' b'24 lingwa
Skopri dwar l-Emiċiklu, fejn isiru l-aktar dibattiti u votazzjonijiet importanti tal-Parlament Ewropew b'24 lingwa.
10:30 – 11:15 Jum fil-ħajja ta' traduttur u ta' interpretu
Poġġi lilek innifsek fiż-żarbun tal-professjonisti li jagħmluha possibbli taħdem b'24 lingwa. Kif iħejju għad-dibattiti ewlenin?
11:15 – 12:00 Kif nista' nsir traduttur jew interpretu?
Skopri liema taħriġ u kwalifiki teħtieġ biex issir traduttur jew interpretu, u liema triq tista' tkun adatta għalik.
13:00 – 13:45 It-traineeships tat-traduzzjoni
Skopri x'tinvolvi traineeship tat-traduzzjoni fil-Parlament Ewropew, il-profili li qed infittxu u kif tapplika, u isma' dwar l-esperjenzi tat-trainees preċedenti.
14:00 – 14:45 Il-Parlament Ewropew bħala post tax-xogħol multilingwi
Diskussjoni b'mod dirett mal-membri tal-persunal tal-Parlament Ewropew dwar l-importanza tal-lingwi fix-xogħol tagħhom ta' kuljum.
14:45 – 15:30 Professjonijiet li qed jevolvu kontinwament
Segwi kif it-teknoloġija qed tibdel ir-rwoli u l-modi ta' ħidma tat-tradutturi u tal-interpreti, minn għodod ġodda għal kompiti ġodda
15:30 – 15:45 Id-diversità lingwistika fl-istorja – Snapshots minn Dar l-Istorja Ewropea
Agħti ħarsa lejn l-istorja tal-lingwi fl-Ewropa permezz ta' oġġetti u stejjer mill-wirja permanenti tagħna, u skopri kif sawru l-kontinent.
15:45 – 16:30

Il-multilingwiżmu – x'inhu?
Il-fatt li naħdmu b'24 lingwa ma jseħħx b'kumbinazzjoni. Iżda x'inhi r-raġuni li l-Parlament Ewropew jaħdem b'24 lingwa? Ingħaqad magħna f'din id-diskussjoni biex tisma' għaliex huwa daqshekk importanti u x'hemm bżonn biex il-multilingwiżmu jsir realtà.

Kelliema mistiedna: Nicola Beer – Viċi President tal-Parlament Ewropew, Sven Gatz – Ministru ta' Brussell għall-Multilingwiżmu, Agnieszka Walter-Drop – Direttur Ġenerali għal-Loġistika u l-Interpretazzjoni għall-Konferenzi, Valter Mavrič – Direttur Ġenerali għat-Traduzzjoni u Jaume Duch Guillot – Direttur Ġenerali għall-Komunikazzjoni.
 

Workshops online

Segwi t-traduzzjoni u l-interpretazzjoni aktar fil-fond u ressaq il-mistoqsijiet tiegħek lit-tradutturi u lill-interpreti waqt workshops interattivi. Minn esplorazzjoni tal-kabini li jużaw l-interpreti, għal li tkun trainee fil-Parlament Ewropew, il-workshops online se jħarsu lejn aspetti varji tal-ħidma ta' professjonist lingwistiku fil-Parlament Ewropew. 

Peress li l-workshops huma limitati għal gruppi żgħar, ikollok bżonn tirreġistra minn qabel fuq bażi ta' min jiġi l-ewwel, jinqeda l-ewwel. Ladarba tirreġistra, tirċievi email ta' konferma bid-dettalji dwar kif tieħu sehem. Il-workshops kollha se jdumu bejn 30 u 120 minuta u se jsiru b'lingwi differenti.

Jum il-Multilingwiżmu fi Brussell

Fis-26 ta' Settembru, ir-reġjun ta' Brussell se jkun qed jiċċelebra wkoll il-multilingwiżmu fil-Parlament ta' Brussell. Fost attivitajiet oħra, se jitnieda l-Kunsill ta' Brussell tal-Multilingwiżmu u se jsiru dibattiti.

Aqra aktar

Jum fil-ħajja ta' traduttur u ta' interpretu
Kif nista' nsir traduttur jew interpretu?
Professjonijiet li qed jevolvu kontinwament
Il-multilingwiżmu – x'inhu?
It-traineeships tat-traduzzjoni

Informazzjoni prattika