Żur il-Parlament Ewropew

F'konsultazzjoni mas-servizzi tas-sikurta' tal-Parlament Ewropew, kif ukoll mal-awtoritajiet reġjonali u nazzjonali tal-Belġju, u skont il-miżuri meħtieġa mill-livell ta' allert 3 li bħalissa japplika fi Brussell, l-attivitajiet u -servizzi fi Brussell qed jilqgħu il-viżitaturi b'mod normali.

More info:
Visit Brussels - Sikurta' | Trasport pubbliku fi Brussell | Brussels National Airport

Il-Parlament Ewropew

Ejja u ħu sehem int ukoll!
 

Il-Parlament Ewropew huwa bbażat fi Strasburgu, fil-Lussemburgu u fi Brussell. Fi Strasburgu jsiru l-parti l-kbira tas-sessjonijiet plenarji, għalkemm il-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom l-uffiċċji prinċipali tagħhom fi Brussell. Fil-Lussemburgu hemm partijiet mis-servizz amministrattiv tal-Parlament Ewropew.

Żjara fil-Parlament Ewropew hija mod tajjeb ħafna biex wieħed isir jaf dwar ix-xogħol tal-istituzzjoni, jagħraf x'impatt għandu l-Parlament madwar l-Ewropa kif ukoll dwar kif jaħdem bħala l-vuċi taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea.

Hemm bosta x'tara u x'tagħmel fi Brussell. Tista' żżur l-Emiċiklu (Żjara tal-Kamra u briefing għall-gruppi || Żjara tal-Kamra għall-individwi) jew tiskopri l-Parlamentarium, tesperjenza r-Role Play Game u tagħti titwila lejn l-istorja fid-Dar tal-Istorja Ewropea. Dawn l-attivitajiet huma intiżi biex juru u jispjegaw xogħol il-Parlament, mnejn ġie u x'qed jagħmel għaċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea. Dawn l-attivitajiet huma kollha mingħajr ħlas u kważi kollha tista' ssegwihom f'kull waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Tista' żżur ukoll l-Emiċiklu fi Strasburgu, fejn issir l-Euroscola, il-programm tal-Parlament Ewropew għall-iskejjel.

 

EP Spotter

Explore the European Parliament

Download EP Spotter on your smartphone and explore the European Parliament in Brussels! Discover what there is to do, as well as a little about the rich history of the campus' buildings, as your smartphone guides you on your very own personal tour (Available in English only).

Get the app for iOS | | Get the app for Android

 
 

Avvenimenti u Espożizzjonijiet

Skopri x'inhu għaddej fil-Parlament Ewropew!

Open Days at the European Parliament
Brussell | Strasburgu

Join us with your friends and family at our Open Days and discover the European Parliament, on 8/05 (Strasbourg), 21/05 (Luxembourg) and 28/05 (Brussels).

All the details are on europeday.europa.eu.

Ir-rifuġjati nisa u n-nisa li qed ifittxu asil fl-UE
Brussell

Bejn it-3 ta' Marzu u l-1 ta' Ġunju 2016, il-Parlamentarium ser jospita wirja temporanja "Spostati: Ir-rifuġjati nisa u n-nisa li qed ifittxu asil fl-UE".

Kompli aqra...

 
Parlamentarium / Żjara tal-Kamra u briefing għall-gruppi / Logħba tar-rwoli għall-iskejjel / Żjara tal-kamra għall-individwi

Brussell hi fil-qalba tal-Unjoni Ewropea.
Il-belt hija s-sede tal-Kunsill Ewropew, il-Kummissjoni, it-tieni sede tal-Parlament Ewropew, u tospita ħafna istituzzjonijiet Ewropej oħra. Dan kollu tarah b'għajnejk billi tqatta' kwarta fil-kwartier Ewropew - il-ġlekkijiet u ingravajjet, il-karozzi suwed u l-uċuħ familjari mill-aħbarijiet tat-TV!

Żjara tal-Kamra għall-gruppi u individwi / Euroscola

Strasburgu hi s-sede uffiċjali tal-Parlament Ewropew. Kull xahar, il-Membri jiltaqgħu hawnhekk biex jivvotaw u jiddibattu tul laqgħat ta' erbat ijiem magħrufa bħala sessjonijiet plenarji. Nistiednu 'l-viżitaturi jiskopru aktar permezz ta' taħdita informattiva li ddum madwar siegħa.

Lussemburgu

Biex iżżur il-PE fil-Lussemburgu, ikkuntattja l-Uffiċċju tal-Informazzjoni tal-Lussemburgu:

Bureau d'Information de Luxembourg

7, rue du Marché-aux-Herbes
L-2929 LUSSEMBURGU

00352/4300 22704

Il-Parlament Ewropew f'pajjiżek

Ikkuntattja wieħed mill-Uffiċċji tal-Informazzjoni tal-Parlament Ewropew

 
Tools
Il-President tal-Parlament Ewropew
L-informazzjoni u l-għarfien jikkontribwixxu għall-parteċipazzjoni sħiħa tagħna fis-soċjetà demokratika. Hija r-rieda tal-Parlament Ewropew li jiftaħ il-bibien tiegħu liċ-ċittadini Ewropej sabiex il-pubbliku jagħraf u jifhem aħjar il-ħidma tar-rappreżentanti tiegħu, il-Membri tal-Parlament Ewropew.
Nagħtik merħba f'din it-taqsima iddedikata għaż-żjarat fl-Istituzzjoni tagħna - il-Parlament Ewropew.

Il-Parlament jagħtik merħba, sew fi Brussell u kif ukoll fi Strasburgu, u jistiednek biex titgħallem aktar dwar ir-rwol u l-ħidma tal-Istituzzjoni u biex iżżur l-Awla Plenarja fejn tista' tisma' l-vuċijiet tal-Ewropej kollha u fejn jieħdu sura l-liġijiet komuni tagħhom tal-UE. Jekk tkun qiegħed Brussell, nistiednek tieħu l-opportunità biex tiġi u tesperjenza d-demokrazija Ewropea minn ġewwa fil-'Parlamentarium' - iċ-Ċentru tal-Viżitaturi tal-Parlament Ewropew.

Nittama li verament tgawdi ż-żjara tiegħek fil-Parlament Ewropew - 500 miljun Ewropew rappreżentat u 24 lingwa uffiċjali!
Għoddni tiegħek,
Martin Schulz
President tal-Parlament Ewropew
 

Il-gwida tiegħek għall-Parlament Ewropew

Ejja u ħu sehem int ukoll!

Midja soċjali