Dar l-Istorja Ewropea 

Dar l-Istorja Ewropea

Brussell
Dar l-Istorja Ewropea

Minn miti u skoperti għall-kaos u l-koeżjoni tas-seklu 20, Dar l-Istorja Ewropea tieħu lill-viżitaturi fuq vjaġġ fl-istorja tal-Ewropa u tisfidahom jirriflettu dwar il-futur tagħha.

-il sena
Tul tal-attività
Daqs tal-grupp Minn 10 sa 10
Lingwi disponibbli matul l-attività 24

Dar l-Istorja Ewropea

Brussell
Dar l-Istorja Ewropea
-il sena
90'
10
24

Id-dħul huwa bla ħlas u ż-żjarat jieħdu madwar siegħa u nofs. Il-wirja hija disponibbli bl-24 lingwa uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea. Hemm disponibbli wkoll riżorsi u esperjenzi mfassla apposta għall-iskejjel, il-familji u l-gruppi.

Ħinijiet tal-ftuħ

It-Tnejn it-Tlieta − il-Ġimgħa is-Sibt − il-Ħadd
13.00 − 18.00 09.00 − 18.00 10.00 − 18.00
It-Tnejn
13.00 − 18.00
it-Tlieta − il-Ġimgħa
09.00 − 18.00
is-Sibt − il-Ħadd
10.00 − 18.00

Il-mużew ikun magħluq: fl-1 ta' Jannar, fl-1 ta' Mejju, fl-1 ta' Novembru u fl-24, il-25 u l-31 ta' Diċembru

Viżitaturi individwali

Il-viżitaturi individwali u l-gruppi ta' inqas minn 10 persuni m'għandhomx bżonn jibbukkjaw minn qabel biex iżuru l-mużew. Il-viżitaturi jistgħu jduru l-wirja waħedhom, bi gwidi multimedjali disponibbli bl-24 lingwa tal-Unjoni Ewropea.

 

Gruppi

Gruppi ta' aktar minn 10 persuni jridu jibbukkjaw iż-żjara tagħhom online tal-anqas ġimagħtejn minn qabel, jekk jixtiequ jużaw gwida multimedjali, jew 4 ġimgħat qabel, jekk iridu jagħmlu żjara bi gwida. Il-gwidi multimedjali huma disponibbli bl-24 lingwa tal-Unjoni Ewropea u ż-żjarat gwidati jsiru bl-Ingliż,, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż u bl-Olandiż.

Gruppi sponsorjati minn Membru tal-PE

Għall-gruppi sponsorjati mill-Membri tal-PE, il-prenotazzjoni hija obbligatorja permezz tal-pjattaforma ta’ hawn taħt, sabiex l-arranġamenti tal-ivvjaġġar jiġu pproċessati kif xieraq.

Ibbukkja għall-gruppi sponsorjati

Skopri x'joffri l-mużew

Wirja permanenti
Il-wirja permanenti tieħu lill-viżitaturi tul l-istorja Ewropea, mill-oriġini tal-Ewropa u l-evoluzzjoni tagħha, għall-waqgħa fil-gwerra u t-tiftix għal ħajja aħjar.

Edukazzjoni u tagħlim
Permezz ta' workshops u riżorsi edukattivi, l-istudenti jistgħu jiskopru l-istorja Ewropea u l-wirt li ħalliet fid-dinja kontemporanja. 

Familji
Attivitajiet prattiċi u avvenimenti interessanti jinvolvu lill-viżitaturi ta' kull età, u jħallu lill-familji jesploraw l-istorja Ewropea flimkien.
 

 

Dar bi storja

Dar l-Istorja Ewropea tinsab fil-binja Eastman, binja rinnovata b'mod sabiħ ferm qalb is-siġar ta' Parc Léopold. Dan il-ġnien ta' madwar 90 tomna jinsab fis-sit ta' dak li qabel kien il-Ġnien Żooloġiku Rjali u nfetaħ għall-pubbliku fl-1880. Fih lag mill-isbaħ b'għadd ta' annimali selvaġġi, kif ukoll żona barra għall-picnics u bil-bankijiet. Il-bini nnifsu ġie rinnovat bir-reqqa għas-sura oriġinali li kellu fis-snin tletin, meta kien klinika dentali għat-tfal żvantaġġati. Titlifx il-pitturi ta' annimali fl-istil art deco, li ġew irrestawrati b'tant imħabba, u li huma bbażati fuq stejjer tal-awtur Franċiż Jean de La Fontaine.

Aċċessibbiltà

Dar l-Istorja Ewropea hija mużew għal kulħadd. Il-faċilitajiet u l-attivitajiet kollha tagħna huma aċċessibbli għal min juża s-siġġu tar-roti. Il-fatt li naħdmu flimkien ma' gruppi u komunitajiet differenti jirrappreżenta aspett fundamentali tal-attivitajiet tal-mużew. L-għan tagħna hu li nilħqu lil nies straordinarji kemm fil-qrib kif ukoll fil-bogħod bis-saħħa ta' żjajjar imfasslin apposta u programmi speċifiċi. Toqgħodx lura milli tibagħtilna t-talbiet speċifiċi tiegħek; aħna nagħmlu ħilitna kollha biex il-mużew tagħna nagħmluh aktar aċċessibbli. historia-learning@europarl.europa.eu

Faċilitajiet

Dar l-Istorja Ewropea fiha lockers, faċilitajiet fejn il-ġenituri jistgħu jbiddlu lit-trabi, vestjarju, ħanut u kafetterija (b'60 post) fejn issib għażla ta' xarbiet rinfreskanti u snacks tajbin.

Sigurtà u sikurezza

Is-sigurtà u s-sikurezza huma prijoritajiet għall-Parlament Ewropew. Għal dik ir-raġuni, hemm fis-seħħ għadd ta’ miżuri ta’ sigurtà fil-binjiet tagħna u madwarhom. Sabiex niżguraw żjara sikura għal kulħadd, nistednuk taqra u tikkonforma ma’ dawn il-miżuri: 

  • Huwa meħtieġ dokument tal-identità validu (karta tal-ID jew passaport) biex tidħol fil-binjiet tal-Parlament Ewropew. Jekk irreġistrajt minn qabel u pprovdejt id-dettalji tad-dokument tal-identità tiegħek, trid iġġib dan l-istess dokument lill-Parlament dakinhar taż-żjara tiegħek. 
  • Il-viżitaturi u l-basktijiet kollha jista’ jsirilhom kontrolli tas-sigurtà bħalma jsiru fl-ajruporti qabel ma jitħallew jidħlu. L-armi tan-nar, is-sustanzi splussivi jew fjammabbli, l-isprays tal-bżar, oġġetti li jaqtgħu u oġġetti oħra li jistgħu jitqiesu bħala armi huma pprojbiti. Skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, ċerti oġġetti pprojbiti jistgħu jingħataw lill-pulizija.
  • L-ebda trolley, bagalja, jew bagalja kbira oħra mhuma permessi fil-binjiet.
  • L-annimali huma permessi fil-bini biss bħala gwidi mħarrġa għall-persuni neqsin mid-dawl jew biex jassistu lill-persuni b’mobbiltà mnaqqsa.
  • Jekk ikun inħareġ pass ta’ aċċess, il-viżitaturi jridu jilbsuh b’mod viżibbli waqt li jkunu fil-binjiet tal-Parlament. 
  • Ir-ritratti  u l-iffilmjar huma permessi fiż-żona tal-viżitaturi, iżda huma pprojbiti fiż-żona tas-sigurtà u l-kafetterija. Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkonsulta r-Regoli li Jirregolaw ir-Reġistrazzjonijiet fil-Binjiet tal-Parlament Ewropew.
  • Jekk jibda jdoqq l-allarm tan-nar, oħroġ mill-bini immedjatament mingħajr ma tiġri u segwi l-istruzzjonijiet mogħtija mill-persunal tas-sigurtà u l-voluntiera tal-evakwazzjoni.
  • Għal kwalunkwe emerġenza tas-sikurezza, ċempel 85112 minn kwalunkwe telefown intern. 
  • Xi oqsma huma soġġetti għal sorveljanza bil-vidjo skont il-Politika ta’ Protezzjoni bil-Vidjos tal-Parlament Ewropew.

Aġġornata l-aħħar: 02/2024

Map

Dar l-Istorja Ewropea

Rue Belliard / Belliardstraat 135
1000 Brussell
Il-Belġju

Kuntatt

Kif tasal hemm

Għall-Parlament Ewropew, ieqaf fl-istazzjon Bruxelles-Luxembourg.

Informazzjoni prattika