Il-Parlament Ewropew fi Strażburgu – Barra s-sessjoni plenarja 

Il-Parlament Ewropew fi Strażburgu – Barra s-sessjoni plenarja

Strasburgu
Parlament Ewropew

Esperjenza l-Emiċiklu, il-Parlamentarium Simone Veil u l-wirjiet fil-Parlament Ewropew fi Strażburgu.

-il sena
Daqs tal-grupp Minn 20 sa 100

Il-Parlament Ewropew fi Strażburgu – Barra s-sessjoni plenarja

Strasburgu
Parlament Ewropew
-il sena
20-100

Merħba fis-sede uffiċjali tal-Parlament Ewropew! Iż-żjarat kollha jinkludu l-Emiċiklu, il-Parlamentarium Simone Veil, kif ukoll wirjiet permanenti u temporanji.

Iż-żjarat huma bla ħlas, idumu madwar 60 minuta u huma disponibbli bl-24 lingwa uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea. Ma hemmx bżonn tibbukkja minn qabel, iżda nirrakkomandaw li tagħmlu dan għall-gruppi.

Iż-żjarat mingħajr gwida għall-viżitaturi

Il-viżitaturi individwali u l-gruppi jistgħu jiġu fil-ħinijiet tal-ftuħ indikati hawn taħt. Iż-żjara ssir bl-użu tal-applikazzjoni “EP Visit Strasbourg”, li hija disponibbli fl-24 lingwa fuq l-App Store u Google Play jew tista’ tintuża fuq apparati pprovduti fuq il-post.  F’każ ta’ domanda kbira, jaf ma jkunx hemm apparati disponibbli għal kulħadd. Jekk jiġri hekk, il-membri tal-persunal ikunu għad-dispożizzjoni tal-viżitaturi biex iwieġbu mistoqsijiet u jitkellmu dwar il-Parlament Ewropew bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż. Nistednuk iġġib il-headphones tiegħek.

Il-ħinijiet tal-ftuħ

Matul is-sessjonijiet plenarji, il-ħinijiet tal-ftuħ ikunu differenti.

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: Is-Sibt
09:00 – 18:00 09:30 − 12:00; 13:00 − 18:00
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa:
09:00 – 18:00
Is-Sibt
09:30 − 12:00; 13:00 − 18:00

L-aħħar dħul 17:00.

Il-binja tkun magħluqa nhar ta' Ħadd u fil-ġranet li ġejjin – 2024: 01-05/01, 20/02, 29/03, 01/04, 26/04, 01/05, 9/05, 20/05, 15/08, 01/11, 23/12-05/01/2025.

Iż-żjarat bi gwida għall-gruppi

Il-gruppi (20 persuna jew aktar) jistgħu jibbukkjaw żjara bi gwida. Iż-żjarat bi gwida huma disponibbli bl-Ingliż, bil-Franċiż jew bil-Ġermaniż. Parti miż-żjara tista’ ssir bl-użu tal-applikazzjoni “EP Visit Strasbourg”, li hija disponibbli fl-24 lingwa fuq l-App Store u Google Play jew tista’ tintuża fuq apparati pprovduti fuq il-post.

Trid tibbukkja ż-żjara tal-inqas jumejn minn qabel, iżda tista' tibbukkjaha minn 6 xhur qabel. 

Ibbukkja żjara bi gwida


Il-Mafkar Alsace-Moselle f'Schirmeck

Il-gruppi li jżuru l-Parlament Ewropew fi Strażburgu jistgħu jżuru wkoll il-Mafkar Alsace-Moselle f'Schirmeck bla ħlas matul l-istess ġimgħa taż-żjara tagħhom. Biex jibbenefikaw minn dħul bla ħlas, il-gruppi jridu jippreżentaw il-konferma tal-booking. Jekk iż-żjara ma tkunx ġiet ibbukkjata minn qabel, il-gruppi jistgħu jitolbu għal ċertifikat waqt iż-żjara tagħhom fil-Parlament Ewropew. 

L-avvenimenti u l-wirjiet

Minbarra ż-żjara tal-Emiċiklu, li hi żjara li mhux ta' min jitlifha, waqt iż-żjara tiegħek tista' tesplora wirjiet permanenti u temporanji, jew tieħu sehem f'wieħed mill-ħafna avvenimenti li jseħħu fil-Parlament Ewropew matul is-sena kollha. 

L-aċċessibbiltà

Il-Parlament Ewropew huwa impenjat li jtejjeb kostantement l-aċċess għall-persuni b'diżabilità. Jekk inti jew xi ħadd mill-grupp tiegħek għandkom bżonn assistenza speċjali, jekk jogħġbok avża lis-servizz tal-viżitaturi minn qabel:

Il-faċilitajiet

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa jkun hemm kafetterija miftuħa fiż-żona tal-viżitaturi.

Sigurtà

Is-sigurtà u s-sikurezza huma prijoritajiet għall-Parlament Ewropew. Għal dik ir-raġuni, hemm fis-seħħ għadd ta’ miżuri ta’ sigurtà fil-binjiet tagħna u madwarhom. Sabiex niżguraw żjara sikura għal kulħadd, nistednuk taqra u tikkonforma ma’ dawn il-miżuri: 

  • Huwa meħtieġ dokument tal-identità validu (karta tal-ID jew passaport) biex tidħol fil-binjiet tal-Parlament Ewropew. Jekk irreġistrajt minn qabel u pprovdejt id-dettalji tad-dokument tal-identità tiegħek, trid iġġib dan l-istess dokument lill-Parlament dakinhar taż-żjara tiegħek. 
  • Il-viżitaturi u l-basktijiet kollha jista’ jsirilhom kontrolli tas-sigurtà bħalma jsiru fl-ajruporti qabel ma jitħallew jidħlu. L-armi tan-nar, is-sustanzi splussivi jew fjammabbli, l-isprays tal-bżar, oġġetti li jaqtgħu u oġġetti oħra li jistgħu jitqiesu bħala armi huma pprojbiti. Skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, ċerti oġġetti pprojbiti jistgħu jingħataw lill-pulizija.
  • L-ebda trolley, bagalja, jew bagalja kbira oħra mhuma permessi fil-binjiet.
  • L-annimali huma permessi fil-bini biss bħala gwidi mħarrġa għall-persuni neqsin mid-dawl jew biex jassistu lill-persuni b’mobbiltà mnaqqsa.
  • Jekk ikun inħareġ pass ta’ aċċess, il-viżitaturi jridu jilbsuh b’mod viżibbli waqt li jkunu fil-binjiet tal-Parlament. 
  • Ir-ritratti u l-iffilmjar huma permessi fiż-żona tal-viżitaturi, iżda huma pprojbiti fiż-żona tas-sigurtà u fil-gallerija tal-Emiċiklu waqt is-sessjonijiet plenarji u anki fir-ristoranti u l-barijiet. Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkonsulta r-Regoli li Jirregolaw ir-Reġistrazzjonijiet fil-Binjiet tal-Parlament Ewropew.
  • Jekk jibda jdoqq l-allarm tan-nar, oħroġ mill-bini immedjatament mingħajr ma tiġri u segwi l-istruzzjonijiet mogħtija mill-persunal tas-sigurtà u l-voluntiera tal-evakwazzjoni.
  • Għal kwalunkwe emerġenza tas-sikurezza, ċempel 85112 minn kwalunkwe telefown intern. 
  • Xi oqsma huma soġġetti għal sorveljanza bil-vidjo skont il-Politika ta’ Protezzjoni bil-Vidjos tal-Parlament Ewropew.
  • Il-maskra tal-wiċċ mhix obbligatorja. Jekk jixtiequ, il-viżitaturi jistgħu jilbsuha.
  • Jekk ma tkunx qed tħossok tajjeb, jekk jogħġbok ibqa’ d-dar u pposponi ż-żjara tiegħek. Nieħdu pjaċir nilqgħuk lura meta tħossok aħjar. 
     

Aġġornata l-aħħar: 11/2023

Map

Parlament Ewropew

Bangunan Louise Weiss
1 Allée du Printemps
F-67070 Strasbourg cedex

Kuntatt

Kif tasal hemm

Jekk jogħġbok ikkonsulta l-website tal-SNCF (ferrovija Franċiża).

Diżabilità motorja

Informazzjoni prattika